Skema ta’ Appoġġ għat-Taħriġ u l-Iżvilupp

L-Iskema ta’ Appoġġ għat-Taħriġ u l-Iżvilupp hija waħda mill-għodod tagħna biex nittrattaw u nimplimentaw l-istrateġija attwali tal-Kunsill Malti għall-Arti, b’enfasi fuq it-trawwim tal-potenzjal kreattiv u l-appoġġ għall-iżvilupp tiegħu f’attività professjonali. L-Iskema ta’ Appoġġ għat-Taħriġ u l -Iżvilupp tinqasam f’żewġ fergħat.

Skema ta’ Finanzjament għar-Restawr

L-Iskema ta’ Finanzjament għar-Restawr timmira biex tipprovdi appoġġ finanzjarju għat-tiswija, i.e. ir-restawr u l-konservazzjoni ta’ proprjetà immobbli kulturali interna u esterna inkluż, iżda mhux limitata għal, altari, aperturi, dekor artistiku, induratura u tpinġija jew dekorazzjoni fuq uċuħ arkitettoniċi ta’ knejjes li huma fi ħdan il-konfini ta’ knisja parrokkjali li taqa’ taħt l-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex.

Skema ta’ Appoġġ għall-Ispazji Teatrali

L-Iskema ta’ Appoġġ għall-Ispazji Teatrali hija waħda mill-iskemi ta’ finanzjament tal-Kunsill Malti għall-Arti (KMA) li tinvesti fl-iżvilupp infrastrutturali tas-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta billi jappoġġa l-ispazji tat-teatru tal-komunità, ittejjeb u żżomm l-infrastruttura eżistenti tagħhom u tippermetti produzzjoni artistika, f’konformità mal-Istrateġija2025 tal-KMA.

Skema ta’ Appoġġ għall-Arti

L-Iskema ta’ Appoġġ għall-Arti hija parti mill-portafoll ta’ appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti li jinvesti f’espressjoni artistika u kulturali diversa u fl-iżvilupp tas-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta. L-iskema tippermetti individwi, gruppi u organizzazzjonijiet biex jippjanaw, jiżviluppaw, jiġu rrappreżentati, u jwettqu proġetti artistiċi skont l-Istrateġija 2025 tal-Kunsill, li primarjament tindirizza lill-komunitajiet u l-professjonisti kreattivi. L-iskema tħaddem l-Istrateġija 2025 billi tfittex b’mod attiv li:

Programm ta’ Koperazzjoni Kulturali Reġjonali

Dan il-programm se jgħin lir-Reġjuni u lil dawk involuti fil-kunsilli tagħhom biex jappoġġjaw u jmantnu l-ekoloġija kreattiva u kulturali ta’ Malta, waqt li jwettqu diplomazija kulturali billi jippermettu attivitajiet kulturali u kollaborazzjonijiet ma’ professjonisti kreattivi u operaturi kulturali biex:

Skip to content