Skema ta’ Appoġġ għall-Arti

L-Iskema ta’ Appoġġ għall-Arti hija parti mill-portafoll ta’ appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti li jinvesti f’espressjoni artistika u kulturali diversa u fl-iżvilupp tas-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta.
Pjattaforma tal-Fond għall-Kultura u s-Saħħa għall-Gżejjer Maltin

Il-Pjattaforma tal-Fond għall-Kultura u s-Saħħa għall-Gżejjer Maltin hija parti minn inizjattiva t’erba’ snin immirata biex tappoġġja artisti Ewropej emerġenti li jaħdmu fl-interesezzjoni tas-setturi tal-kultura, saħħa, kura, u dawk soċjali.
Skema ta’ Skambji Kulturali Internazzjonali

Din l-Iskema ta’ Skambji Kulturali Internazzjonali tifforma parti mill-Istrateġija għall-Internazzjonalizzazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti għas-setturi kulturali u kreattivi. Tittratta l-iskambji kulturali internazzjonali, b’attenzjoni speċifika fuq il-mobbiltà barra l-pajjiż tal-artisti Maltin u ta’ dawk ibbażati f’Malta li għandhom aktar minn 18-il sena kif ukoll fuq ix-xogħlijiet artistiċi u l-produzzjonijiet kulturali tagħhom. L-objettiv ta’ din l-iskema huwa li tassisti […]
Skema għall-Arti fl-Iskejjel

L-Iskema għall-Arti fl-Iskejjel hija waħda mill-għodod tal-Kunsill Malti għall-Arti li ssostni u tappoġġa lekoloġija kulturali u kreattiva, b’attenzjoni speċjali fuq l-edukazzjoni tal-arti.
Skema ta’ Appoġġ għall-Iscreen

L-iskema, permezz tad-diversi fergħat tagħha, toffri għajnuna ta’ qabel il-produzzjoni (kitba ta’ skripts, żvilupp ta’ proġetti) u għajnuna għall-produzzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi għal proġetti ta’ finzjoni, animazzjoni u dokumentarji u programmi kulturali skont il-Linji Gwida u r-Regolamenti (disponibbli f’din il-paġna)
Programm ta’ Appoġġ għall-Aċċessibbiltà

Il-Programm ta’ Appoġġ għall-Aċċessibbiltà huwa parti mill-portafoll ta’ inizjattivi mfassal biex jiffaċilita l-ingaġġ kreattiv u kulturali.
L-Iskema għall-Wirt Artistiku

Il-Kunsill Malti għall-Arti jirrikonoxxi li l-festa Maltija hija parti mit-tessut tal-bliet u l-irħula tagħna.
Skema ta’ Appoġġ għall-Iscreen

The scheme, through its various strands, offers pre-production aid (scriptwriting, project development) and aid to the production of audiovisual works for fiction, animation and documentary projects and cultural programmes in accordance with the Guidelines and Regulations (available below).
Skema għar-Riċerka u l-Iżvilupp Artistiku

L-Iskema għar-Riċerka u l-Iżvilupp Artistiku hija waħda mill-għodod tal-Kunsill Malti għall-Arti li tippermetti lil individwi, gruppi u organizzazzjonijiet jirriċerkaw, jippjanaw, jiżviluppaw, u jwettqu l-għanijiet strateġiċi u l-istrateġija kontinwa tal-Kunsill. Permezz tal-appoġġ lejn ir-riċerka u l-iżvilupp tagħhom stess għandhom jidentifikaw il-professjonisti u l-komunitajiet kreattivi fil-mira tagħhom filwaqt li:
Skema ta’ Parteċipazzjoni Internazzjonali

Din l-Iskema ta’ Parteċipazzjoni Internazzjonali tifforma parti mill-Istrateġija għall-Internazzjonalizzazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti għas-setturi kulturali u kreattivi.