Titnieda l-Istrateġija 2030 tal-Kunsill Malti għall-Arti

Tnediet uffiċjalment l-Istrateġija 2030 waqt avveniment li għalih attendew stakeholders kulturali, prattikanti, artisti, u rappreżentanti mis-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta. L-istrateġija l-ġdida tistabbilixxi d-direzzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti għas-snin li ġejjin u tfasslet biex tindirizza, permezz ta’ qafas prattiku u strutturat, ir-realtajiet li s-setturi kulturali u kreattivi qed jaffaċċjaw bħalissa. L-istrateġija tagħraf il-kumplessità tal-prattika artistika […]
14-il proġett jibbenefikaw minn fondi permezz tal-Iskema ta’ Finanzjament għar-Restawr

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, il-Kunsill Malti għall-Arti u d-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni, ħabbru l-lista tal-proġetti li ngħataw finanzjament taħt l-Iskema ta’ Finanzjament għar-Restawr fejn 14-il proġett se jirċievu investiment totali ta’ €190,000 bħala appoġġ finanzjarju għar-restawr u l-konservazzjoni tal-wirt kulturali immobbli. Il-fond kien miftuħ għal organizzazzjonijiet kulturali u organizzazzjonijiet volontarji li […]
Il-Kunsill Malti għall-Arti jippreżenta wirja u preżentazzjoni mill-fotoġurnalist Reza bħala parti mill-Malta Biennale 2026

Xogħol Reza jiffoka fuq nisa f’ambjenti differenti filwaqt li hu infurmat minn sfond umanitarju qawwi. Il-Kunsill Malti għall-Arti (KMA), taħt il-patroċinju tal-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, jippreżenta Women Grace above the Battle, wirja fotografika mill-fotoġurnalist ta’ fama internazzjonali Reza. Il-wirja tiftaħ fil-11 ta’ Marzu fi Pjazza Tritoni, il-Furjana, bħala parti mill-Malta Biennale 2026. Il-programm […]
Soċjetà Mużikali oħra salvata: Il-Gvern jidħol f’konvenju maċ-ċenswalisti tas-sede tal-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan Banda Paola li kienet f’riskju serju ta’ żgumbrament

Il-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali daħal f’konvenju maċ-ċenswalisti tas-sede tal-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan Banda Paola bil-għan li d-drittijiet kollha taċ-ċenswalisti jgħaddu għand il-Ministeru u b’hekk din is-soċjetà mużikali tiġi protetta minn riskju imminenti ta’ żgumbrament. Din l-għaqda kienet f’dan ir-riskju minħabba s-sitwazzjoni legali marbuta mal-kirja viġenti u b’hekk il-Gvern ta serħan il-moħħ li […]
Imniedi ‘SportArti’, qafas nazzjonali biex l-arti u l-kultura jiġu integrati wkoll fin-nurseries tal-football

Il-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Malta Football Association (MFA) ħabbru t-tnedija ta’ ‘SportArti’, qafas nazzjonali biex l-arti u l-kultura jiġu integrati fin-nurseries tal-football f’Malta u f’Għawdex. Dan il-ftehim ser iservi biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn is-settur kulturali u dak sportiv, filwaqt li tingħata prijorità lill-kreattività, l-innovazzjoni u l-iżvilupp taż-żgħażagħ. Permezz ta’ […]
Malta Uffiċjalment Stat Membru ta’ Eurimages

Malta uffiċjalment saret membru ta’ Eurimages, il-fond ta’ appoġġ għall-films tal-Kunsill tal-Ewropa. Dan jimmarka pass importanti għas-settur awdjoviżiv domestiku ta’ pajjiżna u l-integrazzjoni tiegħu fil-pajsaġġ kulturali Ewropew. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ddeskriva dan bħala pass importanti strateġiku għall-industrija awdjoviżiva ta’ Malta, u qal li, “is-sħubija ta’ Malta f’Eurimages tirrifletti l-impenn kontinwu […]
Jitħabbru riżultati tal-fond Investiment f’Organizzazzjonijiet Kulturali

Investiment ta’ 1.5M fuq medda ta tlett snin Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar ir-riżultati tal-fond Investiment f’Organizzazzjonijiet Kulturali taħt il-Kunsill Malti għall-Arti. Dan il-programm joffri appoġġ finanzjarju lil organizzazzjonijiet volontarji li joperaw fis-setturi kulturali u kreattivi għal attivitajiet li se jitwettqu bejn l-2026 u l-2028.Investiment ta’ 1.5M fuq medda ta tlett […]
Il-Premju għall-Istudenti tal-Fondazzjoni Arti Sovrana 2025: Il-Premju mill-Kunsill Malti għall-Arti jmur għand studenta tal-Junior College

Artista żagħżugħa tirċievi għotja ta’ €2,000 mill-Kunsill Malti għall-Arti biex tkabbar l-iżvilupp artistiku tagħha. Il-premju mill-Kunsill Malti għall-Arti fi ħdan il-Premju għall-Istudenti tal-Fondazzjoni Arti Sovrana 2025 ingħata lil Sofia Rubasheva. L-artista żagħżugħa, studenta tal-Junior College meta ngħata l-premju, kisbet dan il-premju premezz tax-xogħol artistiku tagħha Homage to Gogol (akriliku fuq karta). Il-premju jinkludi għotja ta’ […]
Edinburgh Fringe – The Malta Showcase

Sejħa għal Proposti għal Taħriġ u Żvilupp ta’ Proġetti Data u Ħin ta’ skadenza għall-applikazzjonijiet: 15 ta’ Frar, nofsinhar (CET) Dwar il-Programm Il-Kunsill Malti għall-Arti qiegħed iniedi Sejħa għal Proposti għal Taħriġ u Żvilupp ta’ Proġetti, speċifikament għall-Edinburgh Fringe – The Malta Showcase (2027). Din l-inizjattiva hija ddisinjata sabiex tappoġġja diretturi, produtturi, u prattikanti kreattivi fl-arti […]
Jitilgħu għal 120 l-għaqdiet tal-festi li se jibbenefikaw minn investiment totali ta’ €1.1m matul din is-sena

37 organizzazzjoni volontarja li jikkontribwixxu lejn it-tradizzjonijiet tal-festi Maltin ser jibbenefikaw minn għotja ta’ fondi oħra mill-Kunsill Malti għall-Arti fl-ammont ta’ €344,000 biex b’hekk ingħaqdu mat-83 għaqda tal-festi oħra li diġà gawdew minn investiment ta’ €800,000 matul din is-sena. Dan bis-saħħa tal-Iskema għall-Wirt Artistiku amministrata mill-Kunsill Malti għall-Arti, li toħroġ f’żewġ perjodi matul is-sena biex […]