Il-Kunsill Malti għall-Arti jħabbar il-koorti tal-2026 għas-sitt edizzjoni ta’ Artivisti

Ħames kreattivi żgħażagħ magħżula għall-programm ta’ mentorship ta’ 18-il xahar Il-Kunsill Malti għall-Arti, b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ, ħabbar ir-riżultati għas-sitt edizzjoni ta’ Artivisti, b’ħames kreattivi żgħażagħ magħżula biex jingħaqdu mal-koorti tal-2026 għall-programm ta’ mentorship ta’ 18-il xahar. Il-programm jadotta approċċ ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ li jiffoka fuq l-ilħna taż-żgħażagħ, il-parteċipazzjoni u l-iżvilupp personali. Il-parteċipanti magħżula huma […]
Malta Mistennija tagħmel Debutt Storiku b’BEJN / IN-BETWEEN fil-Biennale ta’ Gwangju 2026

Il-Padiljun ta’ Malta fil-Biennale ta’ Gwangju Horanggasy 5 ta’ Settembru – 15 ta’ Novembru 2026 Arts Council Malta, with the support of the Ministry for Arts, Culture, and the National Heritage, announces Malta’s first-ever participation in the Gwangju Biennale, one of Asia’s most prestigious platforms for contemporary art. Is-16-il edizzjoni tal-Biennale, li se ssir mill-5 […]
Il-Kunsill Malti għall-Arti jospita l-ewwel Padiljun ta’ Malta fil-Festival tal-Films ta’ Cannes

Pass ieħor importanti li jkompli jsaħħaħ il-preżenza ta’ Malta fl-industrija globali tal-films Il-Kunsill Malti għall-Arti ospita l-ewwel Padiljun ta’ Malta fid-79 edizzjoni tal-Festival tal-Films ta’ Cannes. L-inizjattiva mmarkat tragward sinifikanti għas-settur awdoviżiv lokali ta’ Malta u pprovdiet preżenza dedikata f’waħda mill-ikbar laqgħat tal-films prestiġġjużi fid-dinja. Il-Padiljun ta’ Malta serva bħala punt fejn setgħu jiltaqgħu produtturi […]
Il-Kunsill Malti għall-Arti Jsaħħaħ il-Kollaborazzjoni Kulturali Ewropea Permezz tal-Ħatra tal-Bord tal-ENCC

Daniel Azzopardi Maħtur fil-Bord tal-ENCC Waqt l-Assemblea Ġenerali f’Lisbona Daniel Azzopardi, Direttur tal-Istrateġija fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti, ġie elett b’suċċess biex iservi fil-Bord tan-Netwerk Ewropew taċ-Ċentri Kulturali (ENCC) waqt l-Assemblea Ġenerali li saret f’Lisbona. Din il-ħatra taħbat mas-sħubija tal-KMA fin-netwerk, li jgħaqqad flimkien aktar minn 200 organizzazzjoni soċjokulturali minn madwar l-Ewropa. L-iżvilupp jirrifletti l-impenn […]
Jitqassmu €1 miljun fost 77 għaqda volontarja li jaħdmu fil-qasam tal-festi Maltin

Total ta’ €1 miljun ġew distribwiti biex jiġu mgħejuna 77 proġett differenti magħmula minn organizzazzjonijiet attivi f’setturi relatati mal-festi Maltin, inkluża l-mużika strumentali li tindaqq fil-festi, kif ukoll is-saħħa u s-sikurezza fil-kmamar tan-nar u l-armar artistiku fit-toroq ta’ Malta u Għawdex. L-iskema Wirt Artistiku hija mmaniġġjata mill-Kunsill Malti għall-Arti fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti […]
Jiftaħ uffiċjalment il-Padiljun ta’ Malta fil-Biennale ta’ Venezja 2026

Il-parteċipazzjoni ta’ Malta tirrifletti l-iżvilupp tal-arti kontemporanja f’Malta, u tenfasizza l-kapacita’ tal-artisti sperimentali u multidixxiplinari tagħha fix-xena internazzjonali. Il-Kunsill Malti għall-Arti ħabbar il-ftuħ uffiċjali tal-Padiljun ta’ Malta bħala parti mill-wirja prestiġġjuża tal-arti La Biennale di Venezia, fejn Malta qed tippreżenta No Need to Sparkle: Experiments in Love and Revolution fl-Arsenale. Ikkummissjonat mill-Kunsill Malti għall-Arti, il-padiljun […]
Il-Premju tal-Kunsill Malti għall-Arti fi ħdan is-Sovereign Art Foundation jingħata lil Christina Sciberras

L-artista żagħżugħa se tirċievi għotja ta’ €2,000 mill-Kunsill Malti għall-Arti biex tkompli t-taħriġ u l-edukazzjoni tagħha fl-arti viżiva. Il-Premju tal-Kunsill Malti għall-Arti fi ħdan is-Sovereign Art Foundation Students Prize Malta & Gozo ngħata lil Christina Sciberras, studenta fis-St Martin’s Institute of Higher Education, ghax-xogħol bit-titlu ta’ What Time Leaves Behind. Il-premju tħabbar minn Dr Nikki […]
Il-Kunsill Malti għall-Arti jniedi l-ewwel showcase Maltija għall-Edinburgh Fringe Festival

20 applikant ġew magħżula għal programm ta’ żvilupp professjonali maħsub biex iħejjihom għall-isfidi li jġib miegħu t-touring internazzjonali. Il-Kunsill Malti għall-Arti ta bidu għal inizjattiva ġdida ta’ internazzjonalizzazzjoni fejn, għall-ewwel darba, se tinħoloq opportunità għal showcase Maltija ġewwa l-Edinburgh Fringe Festival. Permezz ta’ din l-inizjattiva, diretturi, produtturi, u prattikanti fl-arti performattiva qed jingħataw l-opportunità unika […]
Il-Kunsill Malti għall-Arti jirreġistra rekord ta’ aktar minn 10 t’elef applikazzjoni taħt l-iskema ta’ tnaqqis mit-taxxa

Rispons qawwi li juri domanda b’saħħitha għall-korsijiet kulturali u kreattivi Il-Kunsill Malti għall-Arti rreġistra rekord ta’ 10,320 applikazzjoni taħt l-iskema ta’ Tnaqqis mit-Taxxa fuq Ħlasijiet Imħallsa għal Korsijiet Kulturali u Kreattivi, l-akbar rispons li qatt kellha din l-inizjattiva s’issa. L-iskema tippermetti lill-ġenituri u lill-kustodji ta’ tfal u żgħażagħ taħt is-16-il sena li attendew korsijiet kulturali […]
Il-Kunsill Malti għall-Arti jospita l-avveniment Eurimages għal produtturi tal-films Maltin u professjonisti awdjoviżivi

Il-Kunsill Malti għall-Arti organizza avveniment ta’ jum għal produtturi Maltin u professjonisti awdjoviżivi li xtaqu iżjed għarfien dwar kif jaħdem Eurimages u kif jista’ jgħinhom fil-proġetti tagħhom. L-avveniment, intitolat Unlocking Opportunities with Eurimages (Aktar Opportunitajiet permezz ta’ Eurimages) sar fi Spazju Kreattiv fil-Belt Valletta. L-avveniment seħħ wara li Malta reċentament issieħbet f’Eurimages li hu l-fond […]