Skema ta’ Għotjiet tal- Culture Pass

Permezz tal-Culture Pass studenti tal-kindergarten, tal-primarja, tal-iskejjel medji, skola anzjana u studenti post-sekondarji sal-Livell 4 tal-MQF ser jingħataw l-opportunità li jgawdu mill-inqas produzzjoni artistika waħda matul is-sena skolastika. Dawn il-produzzjonijiet jittellgħu minn professjonisti kreattivi permezz ta’ programm ikkurat. Il-Culture Pass tfassal biex: I. Joffri lit-tfal u lill-istudenti mill-kindergarten sal-iskejjel post-sekondarji jew istituti edukattivi sal-Livell 4 […]

Il-Fond tal-President għall-Kreattività

Il-Fond tal-President għall-Kreattività huwa inizjattiva minn serje sħiħa ta’ inizjattivi, u għandu l-għan li jsaħħaħ l-inklużività, l-iżvilupp komunitarju, u l-benesseri permezz tal-ingaġġar kulturali u l-espressjoni kreattiva. Dan il-fond huwa marbut mat-twettiq tal-Istrateġija 2030 tal-Kunsill Malti għall-Arti. Il-Fond tal-President għall-Kreattività jippromwovi l-qsim ta’ stejjer xi ftit moħbija li iżda jgħaqqduna, waqt li jiżgura li ħadd ma […]

Skema ta’ Appoġġ għall-Produzzjonijiet Teatrali

L-Iskema ta’ Appoġġ għall-Produzzjonijiet tat-Teatru tagħmel parti mill-portafoll ta’ appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti li jinvesti fil-prattiki u fil-produzzjonijiet tat-teatru u fl-iżvilupp tal-udjenzi fi ħdan is-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta. L-iskema tawtorizza lil individwi, gruppi, u organizzazzjonijiet biex jippjanaw, jiżviluppaw, ikunu rappreżentati, u jwasslu proġetti artistiċi konformi mal-Istrateġija 2030 tal-KMA. Fuq kollox, hija mmirata lejn […]

L-Iskema għall-Apprendistat

L-Iskema għall-Apprendistat hija waħda mill-għodod biex tindirizza u twettaq l-istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti għall-fini ta’ professjonaliżmu u tkabbir fis-setturi kreattivi u kulturali, u għalhekk hija azzjoni allinjata mal-viżjoni deskritta fl-Istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti. L-Iskema għall-Apprendistat hija maqsuma f’żewġ sejħiet għal proposti. Dan il-programm jirrifletti l-isforz għal aktar professjonalizzazzjoni tas-settur kulturali u kreattiv, il-promozzjoni ta’ kultura […]

Skema ta’ Appoġġ għall-Iscreen Is- Sitt Fergħa

L-għan tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Iscreen – Is-6 Fergħa: Internazzjonali huwa li jgħin fl-istadju tal-promozzjoni ta’ produzzjonijiet kulturali u kreattivi awdjoviżivi li tlestew sa mhux aktar minn 18-il xahar qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni kompluta jew li jinsabu fi stadju ta’ żvilupp avvanzat. Din il-Fergħa se jkun limitat għal waħda mill-produzzjonijiet segwenti li jilħqu l-kriterji kulturali eliġibbli: animazzjoni, […]

Skema ta’ Appoġġ għat-Taħriġ u l-Iżvilupp

L-Iskema ta’ Appoġġ għat-Taħriġ u l-Iżvilupp hija waħda mill-għodod tagħna biex nittrattaw u nimplimentaw l-istrateġija attwali tal-Kunsill Malti għall-Arti, b’enfasi fuq it-trawwim tal-potenzjal kreattiv u l-appoġġ għall-iżvilupp tiegħu f’attività professjonali. L-Iskema ta’ Appoġġ għat-Taħriġ u l-Iżvilupp tinqasam f’żewġ fergħat. Il-programm jirrifletti tendenza lejn aktar professjonalizzazzjoni fis-settur kulturali u kreattiv u l-promozzjoni ta’ kultura imprenditorjali fost […]

Skema għal Sussidju Parzjali ta’ Self Approvat mill-Banek lill-Każini tal-Banda

L-Iskema għal Sussidju Parzjali ta’ Self Approvat mill-Banek lill-Każini tal-Banda hija parti mill-iskemi ta’ finanzjament tal-Kunsill Malti għall-Arti bil-għan ta’ investiment fil-każini tal-banda lokali. Il-każini għandhom irwol kruċjali fil-preżervazzjoni ta’ tradizzjonijiet kulturali, it-trawwim ta’ identità komunitarja u tat-talent żagħżugħ fil-mużika u l-arti performattiva f’Malta. Madankollu organizzazzjonijiet volontarji bħalhom, spiss isibu quddiem wiċċhom sfidi finanzjarji kbar […]

Skip to content