Imniedi servizz One-Stop-Shop għall-festi tradizzjonali

Permessi relatati mal-festa issa se jkunu jistgħu jinkisbu permezz ta’ pjattaforma ġdida Ġiet imnedija inizjattiva ġdida li se toffri servizz One-Stop-Shop lill-organizzazzjonijiet volontarji u l-persuni kollha involuti fl-organizzazzjoni tal-festi tradizzjonali. Din ġiet imnedija mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali flimkien mal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Permezz ta’ pjattaforma ġdida se jiġi ssimplifikat il-proċess sabiex […]

Imħabbra l-Artisti għat-Tieni Edizzjoni ta’ Variations on Emergence, il-Programm ta’ Residenza MSA x ACM

L-artisti Martina Georgina u Nina Gerada ser jibdew vjaġġi kreattivi ġodda fis-Soċjetà Maltija tal-Arti. Il-Kunsill Malti għall-Arti (KMA), b’kollaborazzjoni mas-Soċjetà Maltija tal-Arti (MSA), bi pjaċir iħabbar il-parteċipanti magħżula għat-tieni edizzjoni ta’ Variations on Emergence – il-Programm ta’ Residenza MSA x ACM, wara sejħa miftuħa. L-artisti magħżula huma Martina Georgina, artista performattiva multidixxiplinari, u Nina Gerada, […]

Lokali Għal Globali

Lokali Għal Globali huwa serje ta’ workshops maqsuma fi tliet partijiet fuq medda ta’ disat
ijiem. Il-programm huwa ddisinjat sabiex iforni lil produtturi ta’ films u professjonisti tat-televiżjoni
Maltin—speċjalment produtturi—bil-ħiliet neċessarji sabiex jespandu l-operat tan-negozju tagħhom
u sabiex jiżviluppaw vantaġġ kompetittiv fis-suq internazzjonali.

Imnedija l-iskema ta’ investiment fil-festi Maltin u Għawdxin għas-sena 2025

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici nieda l-linji gwida u r-regolamenti għall-Iskema għall-Wirt Artistiku 2025. Din l-iskema se tkompli tappoġġja l-għaqdiet kulturali u soċjali f’Malta u Għawdex, li jaħdmu b’mod volontarju biex isaħħu u jippreservaw it-tradizzjonijiet relatati mal-festi Maltin. Din l-iskema tkopri tliet kategoriji ewlenin: Soċjetajiet tal-Banda u Soċjetajiet Mużikali tal-Festa – […]

Skip to content