Titolu tal-Arti, Isem tal-Artist, SSSS

Skema ta’ Appoġġ għal Mużika Maltija fuq Stazzjonijiet tar-Radju Privati

Invalid deadline format: tas-Skadenza: 4 Awwissu 2026 12:00 pm

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija tas-Skadenza: 4 Awwissu 2026 fi

12:00 pm.

Applikazzjonijiet tardivi mhux se jiġu aċċettati

L-Iskema ta’ Appoġġ għal Mużika Maltija fuq Stazzjonijiet tar-Radju Privati tifforma parti mill-portafoll li jinvesti fl-espressjoni artistika u kulturali diversa u fl-iżvilupp tas-setturi kulturali u kreattivi Maltin. L-iskema ġiet żviluppata sabiex tippromwovi u tappoġġja l-espożizzjoni tat-talent mużikali lokali fuq pjattaformi tax-xandir. Din l-iskema tipprovdi assistenza finanzjarja lil entitajiet tax-xandir eliġibbli impenjati sabiex ixandru l-mużika Maltija permezz ta’ programmar strutturat li jallinja mal-identità kulturali u lingwistika ta’ Malta.

F’konformità mal-Istrateġija 2030 tal-KMA, l-iskema primarjament tindirizza prattikanti kreattivi, tappoġġja lill-prattikanti kreattivi u lill-operaturi kulturali billi trawwem żvilupp artistiku sostenibbli, innovazzjoni, u kollaborazzjoni fis-setturi kulturali u kreattivi.

L-Iskema tikkontribwixxi għall-prijoritajiet  tal-Istrateġija 2030 billi attivament tfittex li:

  • żżid l-espożizzjoni u l-aċċessibbiltà tal-mużika Maltija fuq pjattaformi privati ta’ xandir, billi ssaħħaħ l-impenn tal-udjenza b’kontenut artistiku lokali
  • tappoġġja lill-kreattivi Maltin fi ħdan l-industrija tal-mużika lokali billi toħloq opportunitajiet akbar għal disseminazzjoni, rikonoxximent, u viżibbiltà professjonali
  • tħeġġeġ l-investiment fil-kontenut mużikali lokali u ssaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn is-settur tax-xandir u l-industriji kulturali u kreattivi ta’ Malta
  • tippromwovi l-identità kulturali u lingwistika ta’ Malta permezz tad-disseminazzjoni tal-mużika Maltija u l-espressjoni artistika kontemporanja diversa
  • trawwem l-iżvilupp u s-sostenibbiltà tal-ekosistema mużikali ta’ Malta billi tappoġġja inizjattivi li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-udjenza, ir-reżiljenza settorjali u l-intraprenditorija kreattivi
  • tinkoraġġixxi l-innovazzjoni, id-diversità, u l-impenn interġenerazzjonali fl-ipprogrammar tal-mużika billi toħloq opportunitajiet kemm għal artisti emerġenti kif ukoll stabbiliti, filwaqt li trawwem parteċipazzjoni pubblika u apprezzament usa’ tal-mużika Maltija fost ġenerazzjonijiet u komunitajiet differenti
  • tikkontribwixxi għall-valur kulturali, soċjali, u ekonomiku ġġenerat mis-settur tal-mużika ta’ Malta permezz ta’ investiment pubbliku strateġiku fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni kreattivi lokali.

L-għan ewlieni ta’ din l-iskema huwa li jżid il-preżenza tax-xandir tal-mużika Maltija kontemporanja, partikolarment xogħol li fihom l-użu tal-lingwa Maltija u li huma maħluqa minn artisti lokali. Permezz ta’ żieda ta’ ħin ta’ xandir iddedikat għal mużika Maltija, l-iskema għandha l-għan li trawwem apprezzament akbar għall-kultura Maltija, tappoġġja l-industrija tal-mużika lokali, u tiżgura li xogħlijiet ġodda u emerġenti huma aċċessibbli għal udjenza usa’ permezz ta’ programmar regolari ta’ kwalità għolja.

L-iskema tappoġġja xandara applikanti sabiex jipproduċu u jxandru tlettax-il (13) programm iddedikat għal kull skeda matul tliet skedi konsekuttivi, mill-1 t’Ottubru 2026. Kull programm irid jinkludi minimu ta’ erbgħin (40) minuta ta’ mużika Maltija, li tista’ tiġi mxandra jew f’:

  • Blokka kontinwa sħiħa bejn is-06:00 u t-20:00; jew
  • Żewġ blokok separati ta’ 20 minuta l-waħda, ukoll bejn is-06:00 u t-20:00.

Il-programmi jridu jikkonsistu f’xandir oriġinali; kontenut ripetut mhux eliġibbli. Barra minn hekk, reklamar ma jistax jiġi mgħoddi mar-rekwiżit minimu ta’ 40 minuta.

Il-kontenut tal-mużika jrid ikun konformi mal-kriterji segwenti:

  • Komposta u/jew miktuba minn individwi Maltin
  • Maħruġa f’dawn l-aħħar 36 xhar
  • Tal-anqas 50% tal-mużika trid tikkontjeni lirika bil-lingwa Maltija

Sabiex ikunu kkunsidrati għal appoġġ taħt din l-iskema, l-applikanti jridu jissottomettu l-iskeda tax-xandir t’Ottubru 2026 flimkien mal-applikazzjoni tagħhom.

L-iskema hija żviluppata sabiex mużika ta’ kwalità għolja prodotta lokalment tirċievi l-viżibbiltà u r-rikonoxximent li jixirqilha, u b’hekk tikkontribwixxi għax-xena tal-mużika Maltija lokali vibranti u sostenibbli.

F’konformità mal-impenn biex tiġi appoġġjata l-arti permezz ta’ approċċ sostenibbli u kontabbli għal investiment pubbliku:

L-applikanti huma inkoraġġuti li jagħtu kunsiderazzjoni xierqa, skont il-bżonn, lill-prinċipji spjegati fir-

Rekwiżiti konformi mal-Istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti

F’konformità mal-impenn tiegħu li jappoġġja l-arti permezz tal-approċċ sostenibbli u responsabbli tiegħu għall-investiment pubbliku, il-KMA jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti għar-Right to Culture – Resource Pack, meta jkunu qed jiżviluppaw il-proposta tagħom fir-rigward tal-involviment komunitarju u l-kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet kulturali ta’ kulħadd f’xogħolhom. Dan il-pakkett ta’ riżorsi huwa mmirat li jżid għarfien fir-rigward tal-inklussività, u lejn l-appoġġjar tal-implimentazzjoni tad-drittijiet kulturali fil-prattika ta’ kuljum. 

L-applikanti huma mistennija wkoll li jikkunsidraw, skont il-bżonn, il-prinċipji ewlenin elenkati fil-Karta tal-Istatus tal-Artist meta jipproponu l-attivatijiet operazzjonali u programmatiċi tagħhom sabiex jiżguraw kundizzjonjiet ta’ xogħol xierqa u ġusti għall-artisti. Dawn jinkludu d-dritt għal-libertà artistika, aċċessibbiltà mtejba, rikonoxximent ta’ ħiliet formali/informali/mhux formali, kundizzjonijiet soċjoekonomiċi diċenti, non-diskriminazzjoni u ekwità, kunsiderazzjonijiet etiċi, u aderenza ma’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali kif ukoll ma’ liġijiet ta’ impjieg internazzjonali. Il-Karta tal-Istatus tal-Artist tipprovdi qafas ta’ referenza dinamiku għal leġiżlazzjoni, politiki, jew inizjattivi li direttament jew indirettament jimpattaw l-artisti u s-setturi kulturali u kreattivi, biex b’hekk tiżgura li kwalunkwe azzjoni hija allinjata mal-viżjoni aħħarija fit-tul, u cioè dik li jiġi elevat l-istatus tal-artisti f’Malta f’konformità mal-valur tanġibbli tagħhom għas-soċjetà.tus of artists in Malta in line with their tangible value to society.  

L-għotja hija miftuħa għal impriżi (għal liema assistenza se tingħata f’konformità mar-regolament de minimis), fi ħdan it-tifsira tal-Artiklu 107 TFEU (jekk jogħġbok irreferi għal Sezzjoni 9 ta’ dawn il-linji gwida għal informazzjoni addizzjonali). L-applikanti jridu jikkwalifikaw bħala:

  • Kumpanija rreġistrata mar-Reġistru tan-Negozji ta’ Malta

Barra minn hekk, l-applikanti jridu jikkwalifikaw bħala xandar li huwa stazzjon tar-radju privat fuq bażi nazzjonali jew stazzjon privat tax-xandir awdjodiġitali u mniżżel fost l-istazzjonijiet liċenzjati fil-paġna tal-Awtorità tax-Xandir disponibbli hawn.

Agħfas hawn biex tniżżel il-linji gwida u agħfas hawn biex tniżżel il-mudell tal-applikazzjoni.

Skip to content