Titolu tal-Arti, Isem tal-Artist, SSSS

Il-Fond tal-President għall-Kreattività

Invalid deadline format: 07-07-2026 12:00 pm

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija 07-07-2026 fi

12:00 pm.

Applikazzjonijiet tardivi mhux se jiġu aċċettati

Il-Fond tal-President għall-Kreattività huwa inizjattiva minn serje sħiħa ta’ inizjattivi, u għandu l-għan li jsaħħaħ l-inklużività, l-iżvilupp komunitarju, u l-benesseri permezz tal-ingaġġar kulturali u l-espressjoni kreattiva. Dan il-fond huwa marbut mat-twettiq tal-Istrateġija 2030 tal-Kunsill Malti għall-Arti.

Il-Fond tal-President għall-Kreattività jippromwovi l-qsim ta’ stejjer xi ftit moħbija li iżda jgħaqqduna, waqt li jiżgura li ħadd ma jitħalla barra. Isostni prattiċi kreattivi parteċipatorji ma’ gruppi li ftit li xejn jintlaħqu u li huma mwarrba, irawwem spazji sikuri u affidabbli li fihom il-persuni jħossuhom emanċipati biex jingħaqdu u jesploraw il-kreattività tagħhom biex jesprimu l-ideat u l-ħsus tagħhom.

Il-Fond tal-President għall-Kreattività jinvesti speċifikament fi proċessi kreattivi kollaborattivi li jsaħħu r-rabtiet komunitarji, jinkoraġġixxu l-ħsieb kritiku, u jippermettu l-ħolqien kreattiv – b’mod li joffru sinifikat f’mumenti żgħar u b’tifsira li jispiraw it-tama u l-bidla soċjali pożittiva. L-applikazzjonijiet jistgħu jfittxu sostenn għal inizjattivi piloti, jew biex jiżviluppaw inizjattivi li diġà rnexxew.

Matul il-vjaġġ tiegħu, il-fond jippermetti lill-professjonisti kreattivi jibnu relazzjonijiet aktar profondi mal-komunitajiet u jiffaċilita l-ingaġġar kulturali bħala mogħdija għall-benesseri b’mod sħiħ. Isostni inizjattivi li jisfidaw l-istaġnar kreattiv u jippromwovi b’mod attiv l-inklużjoni u ċ-ċelebrazzjoni tad-diversità billi jwessa’ l-mod kif il-persuni jistħajlu lilhom infushom, lil oħrajn, u d-dinja madwarhom.

Fil-qofol tiegħu, il-Fond tal-President għall-Kreattività, jirrikonoxxi b’mod kruċjali fl-ogħla livell tal-Istat, il-qawwa tal-arti u l-kultura billi jindirizza ħtieġa urġenti għal sensittività soċjali u vuċijiet awtentiċi. Jippromwovi soċjetà inklużiva li trawwem il-kreattività, iħabbat wiċċu ma’ kwistjonijiet diffiċli, u b’mod kollaborattiv ifittex soluzzjonijiet flimkien, b’esperjenzi maqsuma waħda wara oħra.

Il-fond huwa parti mill-programm ta’ finanzjament tagħna għal skambju komunitarju, u jimmira li jinvesti f’dawn l-elementi:

  • · Aktar parteċipazzjoni kulturali f’Malta u Għawdex;
  • · Fehim u ingaġġar aħjar bejn l-artisti u l-komunitajiet;
  • · Aktar diversità fil-programmar kulturali;
  • · Aktar importanza għal kultura li hija aktar rappreżentattiva tas-soċjetà Maltija kollha;
  • · Żvilupp sostenibbli.

Il-Fond tal-President għall-Kreattività jrid:

  • · Jgħaqqad lill-professjonisti kreattivi ma’ gruppi li huma diffiċli jintlaħqu u mwarrba, biex flimkien irawmu spazji sikuri u affidabbli li fihom il-persuni jħossuhom emanċipati u b’hekk jinvolvu ruħhom u jesprimu l-ideat u l-ħsus tagħhom;
  • · Isostni prattiċi mfassla biex irawmu diversità, ekwità, inklużjoni, appartanenza, benesseri u riġenerazzjoni permezz tal-ingaġġar kulturali u l-espressjoni kreattiva;
  • · Jagħti aċċessibbiltà għal firxa wiesgħa ta’ esperjenzi artistiċi u opportunitajiet għal ingaġġar kulturali lil gruppi li huma diffiċli jintlaħqu u mwarrba;
  • · Jixpruna l-kontribuzzjoni ta’ organizzazzjonijiet, entitajiet u istituzzjonijiet lejn żvilupp komunitarju u l-benesseri permezz ta’ ingaġġar kulturali u espressjoni kreattiva.

L-applikazzjoni għandha turi b’mod ċar il-benefiċċji tal-proġett/programm/prattika għall-gruppi li huma diffiċli jintlaħqu u mwarrba.

Is-sieħeb ewlieni jista’ jikkollabora ma’ organizzazzjoni oħra jew aktar u/jew ma’ professjonist individwali ieħor jew aktar biex flimkien jiżviluppaw proġett/programm/prattika ta’ arti komunitarja li tgħaqqad l-ogħla standards ta’ kwalità u prattika tajba, kemm minn perspettiva artistika kif ukoll minn dik soċjali.

F’konsistenza mal-Istrateġija 2030, u l-impenn tal-Kunsill Malti għall-Arti biex isostni l-arti b’approċċ sostenibbli u responsabbli għall-investiment pubbliku, b’attenzjoni partikolari fuq l-oqsma strateġiċi tal-prattiċi ġusti, il-komunità, u l-inklużjoni, l-applikanti huma nkoraġġuti jikkunsidraw fejn xieraq, il-prinċipji mniżżla fir-rekwiżiti.

Barra minn hekk, il-Kunsill Malti għall-Arti jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti dwar il-prijoritajiet strateġiċi tiegħu:

Id-Dritt għall-Kultura – Riżorsi, b’attenzjoni speċjali għall-ingaġġar komunitarju u l-adozzjoni ta’ approċċ imsejjes fuq id-drittijiet f’xogħolhom. Dan il-pakkett ta’ riżorsi għandu l-għan li jżid l-għarfien dwar l-inklużività u jsostni l-implimentazzjoni tad-drittijiet kulturali fil-prattika kwotidjana tagħna.

L-applikanti huma mistennija wkoll jikkunsidraw, kif xieraq, il-prinċipji mniżżla fil-Karta għall-Istatus tal-Artisti, biex jiżguraw kundizzjonijiet ta’ xogħol ġusti, li jħaddnu libertà artistika, aċċessibbiltà, rikonoxximent ta’ ħiliet formali/informali/mhux formali, kundizzjonijiet soċjoekonomiċi xierqa, nuqqas ta’ diskriminazzjoni u ekwità, kunsiderazzjonijiet etiċi u żamma mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-liġi internazzjonali tax-xogħol. Il-Karta għall-Istatus tal-Artisti tipprovdi qafas ta’ referenza dinamiku għal-leġiżlazzjoni, il-politiki, u l-inizjattivi li jħallu impatt dirett jew indirett fuq l-artisti u s-setturi kulturali u kreattivi, u tiżgura li l-azzjonijiet huma allinjati mal-viżjoni fit-tul taż-żmien li tgħolli l-istatus tal-artisti u l-ħaddiema kulturali f’Malta f’konformità mal-valur tagħhom fis-soċjetà.

Il-Fond tal-President għall-Kreattività huwa ġestit b’mod konġunt mill-Uffiċċju tal-President ta’ Malta u l-Kunsill Malti għall-Arti.

To support prospective applicants, an online information session will be held on Monday, 8 June 2026 at noon. During the session, practical guidance will be provided on the aims of the scheme, the eligibility criteria, and the application process, and there will also be a questions-and-answers session.

Participants can join here:
https://us02web.zoom.us/j/81632162805?pwd=Z854ESowe2UUMyVnGUvznO0BDBhMae.1

L-applikanti, biex ikunu eliġibbli, iridu jkunu jaħdmu fil-qasam tal-iżvilupp soċjali u komunitarju, jew ikunu attivi fi kwalunkwe qasam kulturali u kreattiv. Il-proġett/programm/proposta jrid ikollu fil-mira tiegħu l-ħtiġijiet ta’ gruppi żvantaġġati u jindirizzahom permezz tal-arti, l-espressjoni kreattiva, u l-parteċipazzjoni kulturali.

 

Il-fond joffri żewġ għażliet: għażla ta’ għajnuna mill-Istat u għażla ta’ għajnuna mhux mill-Istat. L-għażla ta’ għajnuna mill-Istat hija disponibbli għall-impriżi li jwettqu attivitajiet ekonomiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 107 tat-TFUE, li għalihom se tingħata assistenza skont ir-regolament de minimis. L-għażla ta’ għajnuna mhux mill-Istat hija disponibbli għal dawk l-applikanti li ma jwettqux attivitajiet ekonomiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 107 TFUE kif ukoll għal proġetti/programmi/prattiċi proposti li ma jinvolvux tali attivitajiet ekonomiċi. Għal aktar informazzjoni, ara Taqsima 9 ta’ dawn il-linji gwida u regolamenti.

Barra minn hekk, l-applikanti jridu jikkwalifikaw bħala waħda minn dawn li ġejjin:

  • Creative practitioners / Individual artists
  • Entitajiet reġistrati mar-Reġistru tan-Negozji ta’ Malta (inkluż kumpaniji, sħubijiet, fondazzjonijiet, u organizzazzjonijiet/assoċjazzjonijiet);
  • Gruppi, kollettivi, u konsorzja;
  • Koperattiva reġistrata;
  • Istituzzjoni edukattiva li toffri edukazzjoni formali jew informali;
  • Istituzzjoni pubblika;
  • Organizzazzjonijiet volontarji iskritti mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.

Ir-rappreżentanti tal-applikant iridu jkunu ċittadini Maltin; jew għandhom permess ta’ residenza Maltija; jew ċertifikat ta’ ċittadinanza Maltija; jew passaport Malti.

Il-fond isostni żvilupp organizzattiv u kollaborazzjoni bejn organizzazzjonijiet attivi fil-qasam tal-arti u l-kultura u organizzazzjonijiet attivi fil-qasam tal-iżvilupp soċjali u komunitarju.

The applicant shall collaborate with another organisation or with an individual to develop a community arts project/programme/practice and ensure that its professional delivery is maintained both from the artistic quality perspective as well as in terms of the care and attention needed by the identified participants. The application shall clearly demonstrate the benefits of the project/programme/practice to the community.

Agħfas hawn biex tniżżel il-linji gwida u agħfas hawn biex tniżżel il-formola tal-applikazzjoni.

This site is registered on wpml.org as a development site. Switch to a production site key to remove this banner.